Qattus
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Il-Qtates jiġu mill-istess familja ta' l-iljuni u t-tigri. Iżjed minn 4,000 sena ilu, fl-Eġittu tal-Qedem il-qtates kienu jitqiesu allat. In-nies kienu jiġu kastigati jekk jagħmlu xi att ħażin fuq xi qattus. Meta qattus kien imut, kien jiġi rrumblat fi-ħwawar u biċċa drapp speċjali, b'hekk jiġu forma ta' mumja u jagħmlulhom funeral pubbliku. Madwar 100 sena ilu f'post fl-Eġittu nstabu madwar 300,000 mumja tal-qtates. Il-qtates li nżommu illum f'darna huma dixendenti minn dawk il-qtates allat.
Insibu diversi qtates differenti fosthom, il-qtates Persjani bis-suf twil, il-qtates Sijamiżi b'suf veru qasir u b'vuċi b'saħħitha, u l-qtates Manx li m'għandhomx denb. Iżda kollha għandhom vista tajba, l-iktar fid-dlam, u dwiffer twal u jaqtgħu. Id-dwiefer tal-qtates għandu partikularità , dik li ma jkunux dejjem jidhru. Il-qtates infatti kapaċi jiġbdu difrejhom 'l ġewwa fil-laħam permezz ta' muskoli apposta u joħorġuhom biss meta jridu jużawhom.