Għaxaq
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Ħal-Għaxaq hu raħal fin-nofsinhar ta' Malta, b'populazzjoni ta' 4,388 ruħ. Prinċipalment huwa żona residenzjali. Il-knisja parrokkjali hija ddedikata lil Santa Marija Assunta. Il-festa ta' Santa Marija Assunta ssir kull sena fil-15 ta' Awissu u dik ta' San Ġużepp fl-ewwel Ħadd ta' Ġunju.