Claudio Baglioni
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Claudio Baglioni huwa kantawtur magħruf Taljan. Huwa twieled f' Ruma fis-16 ta' Mejju 1951. Ħareġ 29 album, li sbatax minnhom ġew irrekordjati fl-istudjows. Fost l-aktar albums magħrufa hemm dak tal-1972, Questo piccolo grande amore li huwa wieħed mill-aktar albums bikrin tiegħu, Strada facendo, ta' disa' snin wara u Io sono qui ta' l-1995. Ftit huma dawk li jafu li fl-2004 Baglioni ggradwa bħala arkitett mill-Universita La Sapienza ta' Ruma.
Baglioni ġie għall-ewwel darba f'Malta fl-2005 u minn dak inhar żara tliet darbiet oħra. Fil-25 t'Awissu ta kunċert flimkien ma' Riccardo Cocciante u Gianni Morandi fil-Valletta Waterfront, il-Furjana, bħala parti mill-kunċerti o'scia, li kien beda fil-gżira ġara ta' Lampedusa.
[editja] Għejjun
- Sit Uffiċjali
- L-Innu tal-Logħob Olimpiku tax-Xitwa Meħud mis-sit uffiċjali ta' Torino 2006.