Clare Azzopardi
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Clare Azzopardi twieldet San Ġiljan fil-5 ta' Lulju, 1977. Temmet l-istudji tagħha fl-Edukazzjoni fl-Università ta' Malta fl-1999. Clare tat sehemha wkoll fil-kitba tal-kotba edukattivi Prosit u Skaluni u xi poeżiji tagħha dehru f'Illejla Ismagħni Ftit, (2001). Fl-2002 bdiet l-istudji tagħha tal-Masters ma' l-Università ta' Sheffield fl-Ingilterra. Fl-2006 ħarġet l-ewwel ġabra ta' stejjer bil-Malti fi ktieb intitolat "Il-Linja l-Ħadra".
Xogħolijiet tagħha deheru ukoll fi Gżejjer (2000), F'kull Belt Hemm Kantuniera (2003), Ktieb għall-ħruq (2005), u Storja Tinkiteb (2006).
[editja] Bibljografija
- Illejla Ismagħni Ftit, 2001
- Others, Across, 2005
- Il-Linja l-Ħadra, 2006