Help:(Għajnuna) Kif tirreġistra
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Ara wkoll Isem ta' l-utent u Paġna ta' l-utent
Biex tirreġistra fuq mt.wiki ikklikkja fuq il-link Idħol jew oħloq kont ġdid li jidher fuq in-naħa ta' fuq, fir-rokna tal-lemin tal-paġna.
Daħħal l-isem ta' l-utent u għażel password (din tiġi mitluba darbtejn biex tevita eventwali żbalji ta' battitura); x'ħin tlesti, daħħal ukoll l-indirizz e-mail u klikkja fuq Oħloq kont ġdid.
Kun żgur li l-indirizz ikun wieħed attiv, għax dan jista' kultant jintuża għal xi servizzi pereżempju biex tirċievi e-mails mingħand utenti oħrajn (dejjem jekk tipperemeti dan) jew inkella biex tirkupra l-password jekk din għal xi raġuni tintilef.
Jekk tagħżel "Ftakar il-password minn sessjoni għall-oħra ma jkollokx għalfejn iddaħħalha kull darba li tkun trid tidħol fil-Wikipedija minn fuq l-istess kompjuter. Tkun idea tajba li ma tagħżilx din l-opzjoni jekk il-kompjuter tiegħek jintuża minn iktar minn persuna waħda.
La darba tkun għamilt login, tkun tista' tikklikkja fuq il-ħolqa preferenzi biex tiftaħ il-paġna tal-kont tiegħek fejn tkun tista':
- timmodifika l-password
- timmodifika l-email tiegħek
- timmodifika il-viżwalizzazzjoni tat-tibdil riċenti
u ħafna iktar...
X'ħin tlesti, tista' tikklikkja fuq l-isem ta' l-utent tiegħek u timmodifika il-paġna personali tiegħek, li hija magħrufa bħala l-Paġna ta' l-utent.
Fuq il-Wikipedija teżisti l-konvenzjoni li utent ma jimmodifikax il-paġni ta' Wikipedjani oħra iżda tiegħu biss. Għalhekk, jekk trid tikteb lil xi utent tista' tuża l-paġna ta' diskussjoni ta' l-utent stess (kull utent għandu waħda).
Meta xi ħadd jiktiblek messaġġ fil-paġna ta' l-utent tiegħek, jidhirlek rettanglu isfar bil-kitba "Għandek messaġġi ġodda!" f'kull paġna tal-Wikipedija li jkollok miftuħa. Dan il-messaġġ jitlaq biss wara li inti tkun żort il-paġna ta' diskussjoni tiegħek billi tagħfas fuqu. Huwa importanti li taqra l-messaġġi li jħallulek il-wikipedjani l-oħra.
[editja] Problemi bir-reġistrazzjoni
Biex il-proċess ta' reġistrazzjoni jaħdem tajjeb, kun ċert li l-browser tiegħek jaċċetta l-cookies. Iċċekkja wkoll li wikipedia.org mhux imniżżla fil-lista ta' siti li l-browser ma naċċettax cookies minnhom. Kun żgur ukoll li l-ħin u d-data tal-kompjuter tiegħek huma mpostati tajjeb għax jista' jagħti l-każ li l-cookies jiskadu qabel iż-żmien.